Taylor jgħid li beża’ li jmut iżda rnexxielu jfiq mill-kanċer

Iż-żagħżugħ ta’ Manchester United Max Taylor spjega kif beża li seta jmut wara li skopra li kellu kanċer. Taylor li għad għandu 19-il sena vvjaġġa mar-Red Devils lejn il-Każakstan għal-logħba tal-Europa League għall-ewwel darba.

Kien ix-xahar li għadda li Taylor għall-ewwel darba kellu ċ-ċans jilgħab mat-tim ta’ taħt it-23 sena.

Hu spjega kif malli familtu saret taf, kollha nfaqgħu jibku għax qatt ħadd ma stenna aħbar bħal din. Taylor kellu jieħud l-kimoterapija u kellu jagħmel operazzjoni biex jitneħħielu l-kanċer.

Fl-aħħar seta jirritorna għat-taħriġ. Id-dijanjosi saret ftit żmien wara li rnexxielu jiffirma kuntratt professjonali.