Taxis mhux tas-soltu fil-Ġappun

Il-Ġappun dejjem kien magħruf għall-invenzjonijiet, speċjalment fit-teknoloġija.
Din id-darba ħareġ b’xi ħaġa żgur mhux tas-soltu.
"Taxi Fekruna", li timxi bil-mod ħafna, bil-pass ta’ fekruna, għal dawk li ma jkunux mgħaġġla.
Is-servizz beda jingħata lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet u s’issa, il-kumpanija li ħarġet bl-idea, diġà ddedikat 10 taxis mill-flotta ta’ 500 li għandha.
Jidher li s-servizz qed jingħoġob, l-iktar minn anzjani, nisa tqal jew bi tfal żgħar, u turisti li f’dawra bit-taxi jkunu jridu jaraw kemm jistgħu mill-belt mingħajr il-ġenn tal-veloċità qawwija.