Tawh ix-xokkijiet biex jisirquh

serq karozzi Birkirkara qorti

Żewġ żgħażagħ allegatament ippruvaw jisirqu raġel billi tawh xi xokkijiet meta dan kien fl-għalqa tiegħu.
Dawn iż-żgħażagħ dalgħodu dehru fil-Qorti, u qed jiġu akkużati li serqu,  qabżu fuq, heddew u żammew kontra r-rieda tiegħu lil Mario Vella nhar it-18 ta’ Ottubru tal-2016 f’Burmarrad.
Huma daħlu fl-għalqa tiegħu biex jippruvaw jisirquh, u allegatament serqulu €2,393.
Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Doreen Clarke, ordnat liż-żewġ żgħażagħ ta’ 23 u 24 sena biex ma jersqux lejn Vella jew familtu, filwaqt li ħelsithom għal depożitu ta’ €300 u garanzija personali ta’ €2,000.
L-avukat li kien qed jidher għall-akkużati, Benjamin Valencia, qal li l-akkużati m’għandhomx flus, u wieħed minnhom ftit ilu jaħdem.
Madankollu l-Maġistrat qalet li dan għandu jservihom ta’ tagħlima.