Żagħżugħa attakkat lill-ġenituri tagħha meta marru jiġbruha minn Paceville.
Illum fil-Qorti nstema’ kif iż-żagħżugħa ta’ 24 sena kienet fis-sakra f’Paceville. Xi persuni ċemplu lill-ġenituri tagħha biex imorru għaliha.
Meta waslu fis-01:00 am, it-tifla tagħhom saret aggressiva anke mal-uffiċjali tal-Pulizija li marru jgħinu.
Fil-Qorti, il-ġenituri tagħha qalu li jaħfrulha. Madanakollu, il-Pulizija xorta tista’ tkompli l-każ abbażi ta’ xi akkużi miġjuba kontriha.
Iż-żagħżugħa wieġbet ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħha. Ingħatat il-libertà proviżorja għal €1,500.
Is-sentenza tinqata’ f’Lulju.