Tattakka lil mara oħra f’San Ġiljan

Mara ammettiet li attakkat u weġġgħet lil mara oħra f’San Ġiljan, hi u tixhed dwar il-każ fil-qorti llum.

L-akkużata mil-Latvja għandha 33 sena, u tressqet il-qorti taħt l-akkużi li weġġgħet lil mara Maltija u li tellfet il-paċi pubblika. Hija bħalissa qiegħda f’Malta għal vaganza.

L-inċident ġara nhar it-Tlieta li għadda.

Il-Qorti sabet lill-mara ħatja u ħelsitha mill-arrest taħt il-kundizzjoni li ma tagħmel l-ebda reat ieħor għal sena. Il-Qorti wissiet lill-ħatja li trid titlaq mil-lukanda fejn qiegħda toqgħod.

Inħarġet ordni ta’ protezzjoni għall-vittma.