Tat kilwa tagħha stess lill-pulizija li arrestaha

Mara li r-ritratt tagħha kien fuq il-lista tal-aktar nies imfittxija f’Alabama fl-Istati Uniti kienet tant grata lejn l-uffiċjal li arrestaha li tagħtu kilwa għax bis-saħħa tiegħu bidlet ħajjitha.

Jocelynn James kienet dipendenti fuq id-droga u serqet u kisret il-liġi kemm-il darba biex takkwistaha. Bejn l-2007-2012 il-pulizija Terrell Potter kien arrestaha bosta drabi u tefagħha l-ħabs. Issa l-mara qed issalva l-ħajja ta’ Potter għax temmen li hu salvat tagħha – billi għenha tbiddel ħajjitha.

F’Novembru li għadda, l-eks uffiċjal tal-pulizija sar jaf li l-kilwa tiegħu kienet sejra għall-agħar. It-tobba qalulu li kien hemm lista twila ta’ stennija għal dan l-organu li kienet tfisser li biex jikseb l-organu sostitut kien se jkollu jistenna madwar tmien snin.

Meta James saret taf dan permezz ta’ post fuq Facebook li Potter kellu bżonn kilwa, hija qalet li semgħet lil Alla jgħidilha dakinhar biex tagħti l-organu tagħha li qabel għal kollox miegħu. L-operazzjoni saret xahar u nofs ilu u kollox mar tajjeb ħafna.

James bħalissa tmexxi organizzazzjoni li tagħti pariri dwar in-nisa lin-nisa, u f’Novembru se tiċċelebra t-tmien sena tagħha ħielsa mid-drogi. Il-pulizija qal li issa jqis lil James bħala tifla oħra.

“James ħolqot relazzjoni kbira u rabta bejnietna li tista’ tibqa għal dejjem,” qal ir-raġel. Mill-banda l-oħra l-mara qalet li hu ta’ sodisfazzjon kbir li tista’ tagħti bniedem ieħor kilwa biex ittawwallu ħajtu.