Tat 12-il organu wara mewtha

Kathleen ma’ Danny, James, Theodore, Grace u żewġha Jesse wara t-twelid ta’ Theodore

Kathleen Thorson minn Oregon fl-Istati Uniti welldet ir-raba’ tarbija tagħha, Theodore, fid-29 ta’ Diċembru li għadda. Ħamest ijiem wara ddaħħlet malajr b’emerġenza l-isptar wara li sofriet minn emoroġija f’rasha. Sarulha diversi interventi mediċi imma kien kollu ta’ xejn għax il-mara mietet.

Waqt li l-mara kienet għadha ħajja kienet irreġistrat ruħha bħala donatriċi tal-organi. Wara mewtha ħadulha 12-il organu biex jingħataw lill-pazjenti li kellhom bżonnhom u li kienet aċċettat li tagħti, inklużi qalbha u l-pulmun.

Kathleen ma’ tlieta minn uliedha: James, Grace u Danny

Richard Stubbs, li organizza l-ġabra finanzjarji għall-familja tagħha taht l-isem GoFundMe, kiteb li l-mara kienet waslet f’punt li ma setgħetx tgħix aktar. “Skont kif xtaqet, wara li tlabna għaliha, l-organi tagħha ngħataw lil min kellu bżonn.” Il-paġna GoFundMe kellha l-għan li tiġbor fondi biex jitħallsu l-ispejjeż mediċi, tal-funeral u tas-salarji mitluba. Il-ħsieb kien li jinġabru $95,000. Iżda fi ftit jiem inġabru $111,000.

Ma’ Theodore wara t-twelid tat-tarbija fid-29 ta’ Diċembru

L-istorja tagħha semgħet biha l-attriċi Kristen Bell li għandha kumpanija tal-bżonnijiet għat-trabi. Hi mill-ewwel offriet wipes u ħrieqi għal sena lir-raġel ta’ Kathleen biex ikun jista’ jlaħħaq mal-ħtiġijiet tat-tarbija l-ġdida.