
Read in English.
Missjoni ta’ esperti tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Sahha (WHO) waslet fiċ-Ċina biex tipprova ssib tarf il-Coronavirus.
Dan hekk kif il-marda kompliet tinfirex u l-imwiet fil-provinċja Ċiniza ta’ Hubei – il-post fejn feġġ il-virus – issa qabżu l-1,700 persuna. Il-każi ta’ infezzjonijiet konfermati tal-Coronavirus fiċ-Ċina, skont l-aħħar ċifri tal-awtoritajiet lokali issa huma ta’ aktar minn 70,000 persuna.
Dan hekk kif l-awtoritjiet lokali imponew diversi miżuri drastiċi biex jipprovaw jikkontrollaw il-virus milli jkompli jinfirex.
Sadattant hemm ftit ta’ paniku wara li kien konfermat li fil-fatt kien hemm passiġġier abbord il-vapur tal-passiġġeri Westerdam li kien trakka fil-Kambodja. Dan wara li kien konfermat li mara Amerikana kellha l-virus.
Abbord il-vapur kien hemm żewġ passiġġieri Maltin li issa qed jinżammu taħt kwarantina f’Malta.
Il-passiġġieri kienu tħallew jitilqu mill-vapur mill-awtoritajiet fil-Kambodja wara testijiet li saru fuq il-passiġġieri l-ġimgħa li għaddiet. Il-vapur kien dam ġimgħatejn imblukkat fuq il-baħar wara li ebda pajjiż ma ried iħalli jitrakka minħabba biża li kien hemm nies morda bil-Coronavirus abbord.