Tasal f’Malta t-tilqima tal-influwenza

Facebook

Read in English.

It-tilqima tal-influwenza waslet f’Malta b’ajruplan tal-Air Malta llum.

Dan ħabbru l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri fuq Facebook, flimkien ma’ xi ritratti tal-ajruplan li ġiet bih it-tilqima. Huwa qal li waslu mal-5.6 tunnellati ta’ dan il-vaċċin.

Il-Ministru appella lin-nies biex jitlaqqmu sabiex l-isforzi tal-Gvern jissarrfu f’aktar ġid għan-nies.

Il-Vaċċin tal-Influwenza issa f’pajjiżna 🇲🇹. Tlaqmu sabiex l-isforzi tagħna bħala Gvern biex naraw li kulħadd jkun kemm…

Posted by Silvio Schembri on Sunday, September 27, 2020

Il-vaċċin se jibda jingħata mill-11 t’Ottubru ‘l quddiem. Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tul il-ġimgħa li għaddiet qal li kull belt u raħal se jkollhom ċentru allokat biex jagħtu t-tilqim tal-influwenza.

Dawn se jkunu miftuħin mit-Tnejn sal-Ħadd mill-10am sas-7pm.