Tasal fi tmiemha l-esperjenza ta’ Karius ma’ Liverpool

Lloris Karius ddeċieda li jingħaqad mal-klabb Tork ta’ Besiktas b’self għal sentejn wara li postu fit-tim ittieħed minn Alisson li ffirma minn ma’ Roma wara l-wirjiet impressjonanti li kellu fis-Serie A. Il-goalkeeper Ġermaniż se jibqa’ mfakkar fost il-partitarji ta’ Liverpool għaż-żewġ żbalji li wettaq fil-finali tal-UEFA Champions League tal-istaġun li għadda.

Karius mar jilgħab f’Anfield mingħand Mainz għal £4.7m fl-2016 u ma qalax gowl fi 13-il logħba mid-29 darba li lagħab għal Liverpool fil-Premier League Ingliż. Besiktas biegħu lill-goalkeeper Fabri lil Fulham matul is-suq tat-trasferimenti u wrew ukoll interess f’Simon Mignolet.