Tasal f’Malta l-ewwel titjira ta’ Volotea minn Bordeaux

L-Ajruport Internazzjonali ta' Malta nieda t-tielet rotta ġdida tiegħu għas-sajf, hekk kif laqa’ l-ewwel titjira ta' Volotea minn Bordeaux.
Għalissa, Volotea se tkun qed topera titjira kull nhar ta' Ħamis lejn l-Ajruport ta' Bordeaux-Mérignac, u se żżid il-frekwenza għal żewġ titjiriet fil-ġimgħa lejn l-aħħar ta‘ Ġunju.
B’hekk id-destinazzjonijiet Franċiżi fuq l-iskeda tal-Ajruport Internazzjonali ta' Malta issa telgħu għal sitta.