Tas-Sliema: “Il-kontraċezzjoni ma ħadmitx u kellhom jinqatlu”

Il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema kellu jawtorizza li jinqatel il-ħamiem selvaġġ wara li ppprova juża l-pilloli tal-kontraċezzjoni, imma din is-sistema ma ħadmitx.
Is-Segretarju Eżekuttiv tal-kunsill, Matthew Dimech qal ma’ Newsbook.com.mt li ppruvaw jużaw ukoll gaġeġ apposta, iżda fl-aħħar kellha tittieħed id-deċiżjoni li jinqatel il-ħamiem, minħabba li dan jista’ jġib problemi ta’ indafa u saħħa pubblika.
Il-qtil tal-ħamiem qajjem agħha fost xi residenti li segwew il-qtil tal-ħamiem u diskussjoni sħiħa onlajn.
Bi tweġiba għall-mistoqsijiet ta’ Newsbook.com.mt, il-kelliem għall-Kunsill ta’ Tas-Sliema kkonferma li l-qtil tal-ħamiem sar minn persuni liċenzjati fil-preżenza tal-Pulizija u kmieni filgħodu meta kien hemm l-inqas periklu possibli għall-pubbliku fit-toroq.