Tariffi orħos għal roaming jidħlu fis-seħħ mis-Sibt

Mis-Sibt li ġej, it-tariffi tar-roaming għal telefonati, SMS jew l-użu tal-internet mill-mowbajl meta wieħed ikun imsiefer se jorħsu.
Konsumaturi Maltin se jgawdu bħall-bqija ta’ dawk f’pajjiżi oħra tal-UE u se jħallsu sa massimu ta’ 5ċ kull minuta għal telefonati jew għal kull megabyte u sa massimu ta’ 2ċ għal kull SMS.
S’issa, it-tariffi kienu sa massimu ta’ 19ċ għal kull minuta f’telefonati jew ta’ 20ċ għal kull megabyte.
L-Ewroparlamentari Maltija Roberta Metsola qalet li r-roħs ta’ dawn it-tariffi hu rebħ għall-konsumaturi.
Metsola qalet li hi appoġġjat ir-roħs tat-tariffi mill-bidu nett li ġiet eletta fil-Parlament Ewropew.