Tarbija tweġġa’ f’ħabta f’Ħal Qormi

Tarbija ta’ sena sofriet ġrieħi ħfief f’inċident ta’ traffiku li seħħ dalgħodu fi Triq Ħal Luqa f’Ħal Qormi.
Jirriżulta li seħħet ħabta bejn tliet karozzi misjuqa minn raġel ta’ 68 sena residenti San Pawl il-Baħar, raġel ta’ 56 sena residenti Ħ’Attard u tfajla ta’ 27 sena residenti Ħal Tarxien.
Il-Pulizija qalet li fil-karozza tat-tfajla ta’ 27 sena kien hemm riekeb it-tifel ta’ sena li ttieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza għall-kura medika.
Jirriżulta li t-tarbija sofriet ġrieħi ħfief filwaqt li t-tliet sewwieqa ma sofrew l-ebda ġrieħi.