Tarbija tmut wara 15-il siegħa f’car seat; it-3 tarbija mejta tal-koppja

Jim Champion on Flickr (CC BY-SA 2.0)

Fl-Ingilterra, tarbija t’10 xhur mietet wara li l-ġenituri xurbana tagħha telquha għal 15-il siegħa f’kamra ta’ lukanda f’car seat, it-tielet tarbija mejta tagħhom f’sentejn.

Skont rapporti, mis-7 itfal li kellha l-omm, 4 biss għexu iktar minn 16-il xhar, u kollha għadhom jgħixu mal-ġenituri tagħhom.

It-tarbija, li bilkemm kienet mitmugħa għal 24 siegħa, mietet fit-3 ġurnata ta’ vaganza tal-familja. Il-ġenituri ħallew 3 trabi waħedhom b’kollox, sakemm huma ħarġu jixorbu, fejn ħadu magħhom l-ikbar 4 itfal.

Il-ġenituri kienu avżati li hemm riskju li t-tarbija tmut f’daqqa, u għalhekk, tobba kienu avżawhom  biex ineħħuha mill-car seat kull nofs siegħa biex jipprevenzjonaw dan. Ukoll, qalulhom li għandha torqod f’carry cot, iżda dan kien “wisq tqil” biex itellgħuh it-taraġ għal kamra fil-lukanda tagħhom.

Il-missier sab it-tarbija b’sinjali ta’ rigor mortis, li jibda jaffettwa l-ġisem daqs 4 sigħat wara l-mewt.