Tarbija tmut kawża tal-airbag ta’ karozza fl-Italja

Tarbija li kienet se tagħlaq xahrejn llum mietet minn ġrieħi gravi mġarrba f’inċident f’Pisa. It-tifel kien qed jivvjaġġa ma’ familtu, meta kienu involuti f’ħabta ma’ żewġt karozzi oħra. L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-4pm. 

Skont fatti rrappurtati minn gazzetti Taljani, it-tarbija kienet tinsab fuq is-seat tal-passiġġier ħdejn ix-xufier, li kien missieru. Bħala konsegwenza tal-ħabta, l-airbag tal-karozza kien attivat u ħabat mat-tifel, u dan ikkawżalu trawma fatali.

Il-missier, kuntrattur tal-bini, qed jirriskja ilment għal qtil involontarju.