“Żball faħxi” – omm li mitilha t-tielet wild

Ir-reazzjoni tal-ġenituri għall-binthom it-tarbija li ħallew tmut sakemm marru jixorbu, issa ġiet żvelata.

Mal-ġurnali Ingliżi, Margaret Atherton ta’ 36 sena u Steven Burke ta’ 29 sena qalu li għaddew minn martirju hekk kif kellhom jirkupraw mill-imwiet ta’ wliedhom l-oħra. Tolfoq, l-omm qalet li dan kien żball wieħed u faħxi.  F’dak il-lejl, ir-raġel xorob 15-il bott birra.

It-tarbija mietet wara li tħalliet lejl sħiħ f’kamra ta’ lukanda, waqt li l-ġenituri tagħha ħarġu jissoċjalizzaw u jixorbu. Savannah, it-tarbija ta’ 10 xhur, bint koppja Ingliża, tħalliet fil-kamra ma’ żewġ ħutha oħra. Wara  15-il siegħa marbuta f’car seat, nstabet mejta fl-10am.

Il-ġenituri kienu magħrufa mal-awtoritajiet li kellhom problema ta’ alkoħol. Savannah kienet it-tielet wild tagħhom li mietet f’temp ta’ 16-il xahar.

Dwar il-każ għaddejja inkjesta.