Tarbija tmut f’karozza waqt li ommha tagħmel id-dwiefer

Omm fl-Istati Uniti għandha għali għall-mewt wara li bintha ta’ 11-il xahar mietet wara li ħallietha għal sigħat sħaħ fis-sħana fil-karozza.
L-inċident seħħ ġimgħa biss qabel mat-tifla kienet se tagħlaq sena, meta l-omm ħadet lil bintha magħha meta marret twassal liż-żewġ uliedha għand il-babysitter.  Dan meta s-soltu kienet tħalliha ma’ waħda mill-ġirien.
Hekk kif reġgħet lura d-dar, l-omm kellha bżonn tuża t-tojlit b’mod urġenti, ipparkjat u ħalliet lit-tifla fil-karozza. Wara, bdiet mill-ewwel bil-ġurnata tax-xogħol tagħha, tagħmel id-dwiefer tan-nies.
Kien biss għal ħabta tas-1pm meta ħarġet mid-dar biex tiġbor liż-żewġ uliedha, li ndunat x’kienet għamlet.