Tarbija titwieled waqt titjira

Facebook: Royal Cornwall Hospitals Trust

Tarbija twieldet daqs 426m fl-arja, fuq ħelikopter tal-gwardjani tal-kosta ta’ Newquay, fl-Ingilterra. Dan wara li l-omm bdiet il-proċess tal-ħlas iktar kmieni milli ħasbet, sakemm qiegħda fil-gżejjer ta’ Scilly f’Cornwall.

L-unika qabla li taqdi l-gżejjer ma kienitx disponnibli, u għalhekk is-servizz tal-ambulanza li taqdi n-naħat tal-Lbiċ tal-Ingilterra ċemplu lill-gwardjani tal-kosta sabiex il-mara tittieħed minnufih fi sptar fl-Ingilterra kontinentali.

Il-ħelikopter l-ewwel ġabar qabla fis-7pm, mbagħad ġabru lill-familja biex jibdew il-vjaġġ lejn l-isptar f’Truro. Però, it-tarbija kellha pjanijiet oħra, hekk kif eżatt qabel ma daqqu d-9pm, twieldet tiżen daqs 3.4kg.

Il-gwardjani tal-kosta tefgħu tweet jgħidu li kollox mar sew, kemm għat-tarbija u kif ukoll għall-omm.

Kelliem għall-gwardjani tal-kosta żied jgħid fuq Facebook: “rari tisma’ li l-ħelikopter tagħna tar b’7 minn nies, iżda preparaw biex jinżlu bi 8. Awguri lill-omm u lill-missier!”

Our Newquay Coastguard helicopter turned airborne maternity unit on Saturday night when a baby boy was born whilst the…

Posted by Maritime and Coastguard Agency on Sunday, August 19, 2018