Tarbija titwieled fil-Pjazza tal-Vatikan

Xena kemxejn partikolari żewqet il-pjazza ta’ San Pietru fil-Vatikan, hekk kif f’temperaturi kesħin, mara bla saqaf fuq rasha welldet fuq kaxxa tal-kartun.
Il-Pulizija tenniet li l-mara ta' 35 sena mir-Rumanija, bdiet il-proċess għall-ħlas għall-ħabta tas-2.30am. Pulizija Taljana, Maria Capone, għenet lill-mara biex twelled it-tifla, u l-kollegi tagħha għattewhom bil-ġkieket tagħhom sakemm waslet l-ambulanza.
Il-kap tal-uffiċċju għall-karità tal-Papa Franġisku, l-Arċisqof Konkrad Krajewski, żar lill-mara u lit-tarbija fl-isptar ftit bibien ‘l isfel u offrielha akkomodazzjoni b’xejn għal sena f’appartament, li hu propjetà tal-Knisja.
Kelliem għall-Vatikan, qal li Krajewski kien jaf lill-mara u lis-sieħeb tagħha għax kienu jużaw is-servizzi tal-Vatikan biex jinħaslu u jieklu.
Servizzi mill-Vatikan li nħolqu biex jgħinu lin-nies ta’ bla saqaf, kulma jmur qed ikomplu jiżdiedu.