Tarbija titwieled fil-karozza…bħal missierha 33 sena qabel

Malli twieldet, iċ-ċkejkna Hannah mill-ewwel bdiet issegwi l-passi ta’ missierha. It-tarbija, bħal missierha, ma stennietx sal-isptar biex tiġi fi-dinja, u spiċċat twieldet f’parkeġġ ta’ petrol station. 33 sena qabel, missier it-tarbija, Frank, ġratlu l-istess ħaġa.

Iż-żewġ każijiet ġraw f’Oswego, l-Istati Uniti. Enrica, omm it-tarbija, ħasbet li kien fadallha ftit ħin mhux ħażin qabel ma’ titwieled Hannah.

Malli ħasset li se titwieled it-tarbija, l-omm pront ċemplet l-emerġenza. Minkejja li waslu fi ftit ħin, Hannah kienet diġa’ twieldet.

Fortunatament, kemm Hannah kif ukoll ommha jinsabu f’saħħithom.