Tarbija titwieled abbord dgħajsa tal-immigranti fl-ibħra internazzjonali

SeaWatch

Read in English.

L-għaqda Alarm Phone qalet li fl-ibħra internazzjonali viċin il-Libja hemm 95 persuna abbord dingi. Dawn in-nies ilhom fuq id-dingi jumejn. L-Għaqda qalet li skont l-informazzjoni li ngħatat minn dawk abbord twieldet tarbija u d-dgħajsa tinsab f’riskju li tinqaleb. Huma appellaw biex dawn il-persuni jiġu salvati immedjatament.

Id-dgħajsa tinsab f’żona mħarsa mill-vapuri tal-Unijoni Ewropea. Jidher li l-iktar viċin id-dingi huwa l-bastiment tal-Gwerra Taljan Bergamini. L-għaqda Alarm Phone appellat lill-Ewropa biex torganizza operazzjoni ta’ salvataġġ biex jiġu salvati dawn il-persuni.