Tarbija tittella’ ħajja wara 9 sigħat mirduma

Tarbija ta’ 5 xhur instabet ħajja b’miraklu wara li kienet ilha midfuna fid-diżabitat f’Montana l-Amerka, għal mill-inqas 9 sigħat.

Meta nstabet il-persuna li suppost kienet qed tieħu ħsieb lit-tarbija, huwa stqarr li kien difen it-tarbija xi mkien fil-muntanji.

Id-dipartimenti tat-tfittxija u s-salvataġġ, flimkien ma’ dipartimenti oħra Amerikani, bdew bi tfittxija intensiva għat-tarbija. Wara 6 sigħat ta’ tfittxija, wieħed mill-pulizija sema’ l-biki ta’ tarbija u mexa mal-ħoss sakemm wasal biex alloka fejn kienet midfuna.

It-tarbija sabuha midfuna taħt zkuk u trab, wiċċha ‘l isfel, liebsa ħwejjeġ imxarrbin. Hija ttieħdet l-isptar fejn ġiet ikkurata filwaqt li min difinha ġie arrestat.