Tarbija tinqatel f’attakk b’karozza f’Ġerusalemm

Filmat minn kameras tas-sigurtà fiċ-ċentru ta’ Ġerusalemm juru, dak li l-pulizija Iżraeljana sejħet bħala attakk terroristiku.
Nies li kienu mal-ġenb tat-triq intlaqtu minn karozza li nstaqet għal fuqhom b’veloċità qawwija.
Konsegwenza ta’ hekk inqatlet tarbija ta’ tliet xhur filwaqt li ndarbu tmien persuni oħra.
Ix-xufier ta’ 21 sena ipprova jaħrab mill-post bil-mixi iżda l-pulizija sparaw lejh. Huwa miet aktar tard fl-isptar.
In-nannu tat-tarbija li inqatlet tkellem barra l-isptar u qal li martu kienet fuq titjira lejn New York u meta tinżel l-art kienet se ssir taf li nqatlet in-neputija tagħha.
Il-Gvern Iżraeljan poġġa r-responsabbiltà tal-attakk fuq l-Iżlamisti tal-Ħamas.