Tarbija tat-twelid tinstab mejta f’impjant tar-riċiklaġġ

Il-katavru ta’ tarbija tat-twelid instab waqt li kien qed jiġi rriċiklat l-iskart f’impjant fl-Italja.
Il-ġisem tat-tifla nstab ilbieraħ minn raġel mill-Maċedonja, għall-ħabta tas-2:30pm, waqt li l-iskart li nġabar aktar kmieni dakinhar, kien għaddej minn fuq conveyor belt sabiex jiġi sseparat.
It-tarbija kien għad għandha parti mill-kurdun.
Immedjatament issejjħu fuq il-post il-Pulizija Taljana, li bdiet l-ivestigazzjonijiet f’każ li jinstab li kien omiċidju.
Il-Pulizija qed tipprova tifhem x’wassal biex it-tarbija spiċċat fit-trakk, u qed taħseb li kienet oriġinarjament abbandunata ġo kaxxa li għal xi raġuni nġabret mill-ħaddiema waqt li kienu qed jagħmlu xogħlhom.
Ritratt: Il Resto Del Carlino