Tarbija tat-twelid simbolu ta’ tama

Hu probabbli l-uniku ritratt ta’ tama li ttieħed fi Franza fl-aħħar sigħat hekk kif Pariġi sfat taħt attakki feroċi li diġà ħallew iżżejjed vittmi.
Omm li għadha kemm welldet iddeċidiet li ssemmi lit-tarbija tagħha Charlie, u fuq il-brazzuletta mal-id ċkejkna nkitbu l-kliem –issa magħrufa mal-erbat irjieħ tad-dinja- Je Suis Charlie, Jien Charlie.
Hu żgur sinjal qawwi ta’ tama lil pajjiżha u lid-dinja wara l-massakru li xxokkja lill-ġurnalisti tar-riviżta Charlie Hebdo u lil dawk kollha li jqisu l-libertà tal-espressjoni u tal-istampa bħala importanti għal ħajja ċivili.