Tarbija tat-twelid bil-meninġite tittieħed l-isptar

Tarbija tat-twelid ttieħdet l-isptar fejn qed tiġi rikoverata għall-meninġite. Fi stqarrija il-Ministeru tas-Saħħa qal li dan il-każ ma għandux x’jaqsam mal-każ l-ieħor ta’ meninġite li fih tifel ta’ 4 snin tilef ħajtu. Fl-istqarrija l-Ministeru sostna lit-tarbija ġiet affettwata minn baterja tal-meninġite li jaffettwa biss trabi fl-ewwel tliet xhur ta’ ħajjithom, u li f’Malta jkun hawn madwar erba’ każi li jaffettwaw trabi tat-twelid fis-sena.

AQRA: Filmat: “Possibilità kbira li min ħa t-titqiba qatt ma jimrad bil-meninġite”

Il-Ministeru kompla spjega kif hemm żewġ tipi ta’ baterja tal-meninġite filwaqt li din tista’ tiġi kkawżata minn diversi tipi ta’ baterja.

AQRA: Filmat: Tifel Malti jmut bil-meninġite; “tallarmawx ruħkom”

M’hawn l-ebda tilqima li wieħed jista’ jagħti lit-trabi tat-twelid kontra din it-tip ta’ meninġite. Huwa biss permezz tal-antibijotiċi li din tista’ tiġi trattata skont il-Ministeru. Filwaqt li fakkar li l-aħjar mod li wieħed jista’ jipprevjeni dawn it-tip ta’ infezzjonijiet huwa billi jaħsel idejh sew speċjalment meta jkun viċin jew imiss trabi tat-twelid, li huma iktar vulnerabbli għall-infezzjonijiet.