Tarbija tat-twelid abbandunata f’maxtura tal-presepju fi NY

Tarbija tat-twelid fi New York tinsab qawwija u sħiħa wara li nstabet dalgħodu abbandunata, fil-maxtura f’xena tan-natività fi knisja.
It-tarbija nstabet bil-kurdun b’kollox, imgeżwra f’xugamani u tibki.
Tħalliet fi knisja, ironikament iddedikata lit-twelid ta’ Ġesù tarbija, waqt li l-kustodju tal-knisja ħareġ jiekol.
Il-liġijiet ta’ New York jippermettu li trabi jiġu abbandunati b’mod anonimu, mingħajr persekuzzjoni lill-ġenituri, jekk jitħallew fi knejjes, sptarijiet, għases tal-pulizija jew xi mkien sigur.