Aġġornata: Tmut it-tarbija li waqgħet 4 sulari f’Baħar iċ-Ċagħaq

It-tarbija li llum wara nofsinhar waqgħet erba’ sulari f’Baħar iċ-Ċagħaq waslet sabiex tilfet ħajjitha.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li t-tarbija waqgħet mit-taraġ tal-komun f’residenza fi Triq Lampara fit-3.25pm. It-tifla kellha sena u ħames xhur u l-ġenituri tagħha huma Żvediżi. Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tarbija l-isptar.