Tarbija ta’ sena l-isptar wara ħabta fil-Mellieħa

mater_dei

Omm u tarbija ta’ sena ddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku fit-telgħa ta’ Selmun, fil-Mellieħa.
Karozza Peugeot misjuqa minn raġel ta’ 32 sena ħabtet f’karozza BMW misjuqa minn tfajla ta’ 21 sena residenti San Pawl il-Baħar li kellha tarbija fil-karozza.
Il-kelliem għall-Pulizija kkonferma li dan l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.30 ta’ wara nofsinhar bl-omm u t-tfajla jiddaħħlu l-isptar wara x-xokk tal-ħabta.