Tarbija ta’ 9 xhur tmut f’kamp tar-refuġjati fil-Greċja

Fil-Greċja, tarbija ta’ disa’ xhur mietet fil-kamp tar-refujati Moria. Dan ġie kkonfermat permezz ta’ Tweet ta’ Doctors Without Borders (MSF).

Fuq Twitter huma spjegaw li sptar lokali f’Lesbos ikkonferma li t-tarbija mietet ftit jiem ilu minħabba li kienet qed tbati minn deidratazzjoni severa fil-kamp tar-refuġjati. Il-grupp mediku qal li t-tfal fil-Greċja qed imutu minħabba l-kundizzjonijiet ħżiena li qed jgħixu fihom u n-nuqqas ta’ kura.

Il-grupp spjega li kważi 15,000 persuna jinsabu maqbuda f’Moria li madwar 5,000 minnhom huma minuri. Huma ħeġġew lill-Greċja u lill-Unjoni Ewropea biex jieħdu azzjoni immedjata. Minn tal-inqas 1,000 immigrant mietu din is-sena fil-Baħar Mediterran