Tarbija ta’ 9 xhur tinqatel minn ħuha

Tarbija ta’ 9 xhur fl-Istati Uniti spiċċat inqatlet minn ħuha ta’ 5 snin li sab pistola fid-dar ta’ nannuh.
Omm it-tfal qalet li kienet fil-kċina meta semgħet ħoss ifaqqa’ u sabet lil tlieta mill-erba’ uliedha jilgħabu.
Wieħed minnhom kellu arma ġugarell u ħasbet li t-tarbija ntlaqtet minnha.
It-tarbija ttieħdet malajr l-isptar imma għalxejn kienu t-tentattivi tat-tobba biex isalvawha.
Il-Pulizija qed iqisu l-każ bħala wieħed ta’ inċident sfortunat.