​Tarbija ta’ 8 xhur stuprata fl-Indja

Tarbija ta’ tmien xhur ġiet stuprata fil-Belt Kapitali tal-Indja Delhi.
Il-Pulizija qalet li t-tarbija nstabet f’qagħda kritika wara li ddaħħlet l-isptar. Skont il-midja internazzjonali, huwa allegat li l-istupru seħħ minn kuġinuha. Iż-żagħżugħ ta’ tmienja u għoxrin sena ġie arrestat.
Il-Kummissarju għan-Nisa f’Delhi Swati Maliwal żaret lit-tifla u ddeskriviet il-ġrieħi tagħha bħala "orribbli". Hija qalet li t-tarbija kellha bżonn operazzjoni medika li damet tliet siegħat u li l-biki tagħha kien jinstema’ fl-isptar.
Id-dibattitu dwar il-vjolenza sesswali fl-Indja kien intensifika wara stupru ta’ studenta lura fl-2012.