​Tarbija ta’ 6 xhur titgħaffeġ f’lift

Tifel ta’ sitt xhur u ommu mietu wara li tgħaffġu f’lift bil-ħsara.
Skont il-midja internazzjonali, il-każ seħħ fil-Krimea, ir-Russja, meta Natalia Simonova ta’ 38 sena u li toqgħod fid-disa’ sular, kienet sejra passiġġata bit-tarbija.
Iżda, il-lift weħel bejn it-tielet u r-raba’ sular. L-omm ippruvat tiftaħ il-bieb tal-lift kemm-il darba u bdiet tipprova timbotta l-pram b’binha minn bejn ix-xaqq. Iżda l-pram inqabdet bejn il-bieba tal-lift meta f’daqqa waħda beda tiela’ u nieżel.
Bdiet iċċempel lil żewġha li kien fl-appartament u ppruvat tiftaħ il-bieb biex toħroġ lil binha li kien diġà miet, iżda spiċċat mietet hi wkoll.