Tarbija ta’ 5 xhur bżonn blowdry kull filgħaxija

Tarbija ta’ ħames xhur fir-Renju Unit, tant għandha xagħarha twil, li ommha tagħmlilha blowdry kull filgħaxija qabel traqqadha.
Lexi-Rose Fan kellha diġà xagħar iswed tuta meta kienet għadha fil-ġuf. 
Ommha Hanna tgħid li meta tkun barra, nies ma jafuhiex iwaqqfuha mal-20 darba, għax ikunu sorpriżi li jaraw tarbija ta’ ftit xhur b’daqstant xagħar.
It-tifla l-oħra ta’ Hanna, Sophia-Hope, li llum għandha erba’ snin, ukoll twieldet b’ħafna xagħar, iżda Lexi-Rose qalbitilha.