Tarbija ta’ 10 xhur tmut wara li nannuha nesiha fil-karozza fix-xemx

Tarbija ta’ 10 xhur tilfet ħajjitha wara li nannuha nesiha fil-karozza għal tmien siegħat f’temperatura ta’ 30 grad celcius.

L-inċident seħħ f’Majorca fejn l-anzjan ta’ 56 sena qal lill-Pulizija li hekk kif ipparkja l-karozza fis-7am biex imur jieħu kafe, nesa li kellu lin-neputija frikeba fuq wara fil-karozza u sar jaf bl-iżball fatali tiegħu meta rritorna lura fil-karozza fit-3pm.

Il-karozza li tħalliet fiha t-tarbija ta’ 10 xhur

Skont il-midja internazzjonali tabib li nzerta kien għaddej prova jagħti l-ewwel għajnuna sakemm waslet l-ambulanza, madanakollu kien tart wisq. Nies fuq il-post qalu mal-midja internazzjonali li membri tat-tim ta’ emerġenza bkew bix-xena emmozjonanti li sabu hekk kif niżlu mill-ambulanza u rrealizzaw li t-tarbija kienet laħqet mietet.

Hu mifhum li t-tarbija kienet rieqda fil-ħin li nannuha ħalliha fil-karozza pparrkjata fil-belt ta’ Manacor. Huwa sofra minn attakk qawwi tal-anzjetà kawża tal-iżball fatali li għamel hekk kif irrealizza x’kien ġara u ttieħed l-isptar fejn ġie interrogat mill-Pulizija.

Hekk kif għadu mhux magħruf pubblikament fejn marra l-anzjan wara li mar jieħu kafa, il-Pulizija kkonfermat li nfetħet investigazzjoni dwar il-każ filwaqt li bejn is-Sibt u l-Ħadd għandha ssir awtopjsa fuq it-tarbija.