Tarbija ta’ 10 xhur l-Isptar wara inċident f’Raħal Ġdid

MRTU

Żagħżugħa ta’ 20 sena u tarbija ta’ 10 xhur weġġgħu ħafif wara li dalgħodu kienu involuti f’inċident tat-traffiku.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10am fi Triq Ħal Saflieni fejn seħħ impatt bejn vettura misjuqa minn żagħżugħa ta’ 20 sena minn Santa Luċija u karozza oħra misjuqa minn raġel ta’ 69 sena minn Ħal Tarxien.

MRTU

Riekba fil-karozza mat-tfajla kien hemm tarbija ta’ 10 xhur, filwaqt li fil-karozza mar-raġel kien hemm mara ta’ 63 sena residenti Ħal Tarxien. Il-mara ttieħedet il-polyclinic fejn ġiet ċertifikata li qed issofri minn ġrieħi ħfief.