Tarbija t’14-il xahar f’kundizzjoni kritika wara li waqgħet

Tarbija ta’ sena u xahrejn tinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet f’San Lawrenz f’Għawdex.
Jirriżulta li t-tifel waqa’ għoli ta’ tliet piedi f’residenza u sofra ġrieħi serji.
It-tifel ta' nazzjonalita Amerikan inġieb l-isptar Mater Dei għall-kura medika.
Il-Pulizija qalet li saret taf bil-każ mill-awtoritajiet tas-saħħa f’Għawdex, illum għall-ħabta tal-10:00am filwaqt li l-każ seħħ għal ħabta tat-7:40am.