Tarbija ssalva wara li tqaċċtet mill-ġuf f’ħabta

Tarbija salvat wara li tqaċċtet minn ġuf ommha u spiċċat fuq il-ħaxix wara ħabta orribbli bil-karozza.

Il-mara tqila kienet passiġġiera fi trakk meta x-xufier tilef il-kontroll tal-vettura u l-vann inqaleb.

Meta l-karozza inqalbet, l-omm intremiet minn ġol-kabina u tgħaffġet bl-injam li kien hemm ġol-vann.

Il-ħaddiema tal-ambulanza kienu xxukkjati meta skoprew tarbija tibki metri l’ bogħod mill-inċident. Il-kurdun tat-tarbija inqata’ waqt l-inċident, u t-tarbija l-anqas girfa ma soffriet.

It-tarbija issq qed tiġi ttrattata fi sptar viċin ta’ Pariquera-Acu ġewwa l-Brażil, fejn sar l-inċident.