Tarbija salvatha mill-ġenerożità t’ommijiet ġodda

Tarbija li nstabet f’gandott bil-kurdun intatt imdawwar m’għonqha fl-Indja, ġiet salvatha. Din it-tarbija salvat grazzi għall-ġenerożita t’ommijiet ġodda, li taw il-ħalib tagħhom lit-tarbija abbandunata.

Wara li mara Indjana sabet lil din it-tarbija abbandunata f’ gandott, hija ħaditha dritt fi sptar tat-tfal tal-gvern, f’ Istitut tal-Kura tat-tfal. It-tarbija kienet tiżen biss 1.9kg.

It-tarbija kienet qed issofri minn għadd ta’ kumplikazzjonijiet tas-saħħa. Dawn it-testijiet urew li hija kellha infezzjoni serja fid-demm. Huwa ġie meħud fis-sezzjoni ta’ kura intensiva, qal tabib li jaħdem fl-isptar ma’ midja internazzjonali.

Għall-ġimgħatejn ta’ wara t-tarbija inżammet taħt kura intensiva, filwaqt li t-tarbija ġiet mogħtija ħalib tas-sider. It-tobba stqarru li l-piż tat-tarbija dam biex żdied minħabba l-infezzjoni.

Meta ġiet maħruġa mill-isptar, it-tarbija kienet tiżen 2.17kg. Dan kien ifisser li t-tarbija laħqet piż normali, u jekk tkompli tikkonsma ħalib tas-sider, it-tarbija tkun f’saħħitha. It-tarbija ġiet provduta l-ammont neċċessarju ta’ ħalib tas-sider grazzi għall-ġenerożità  ta għadd t’ommijiet ġodda.

It-tarbija issa ġiet addottata.