Tarbija salvata mit-tifrik tat-terremot tal-Ġappun

Fil-Ġappun, tarbija ta’ 8 xhur ġiet salvata minn taħt it-tifrik wara t-terremot qawwi li laqat in-nofsinhar tal-pajjiż ilbieraħ.
Minkejja l-ewwel indikazzjonijiet li ma kienx hemm vittmi, bit-theżżiżiet li seħħew wara l-ewwel waħda, tilfu ħajjithom mill-inqas 9 persuni u mijiet sfaw midruba, uħud f’qagħda gravi.
Mal-44,000 ruħ spiċċaw ħarġu minn djarhom u qattgħu l-lejl barra.
Minkejja l-qawwa tal-ewwel theżżiża, dik ta’ 6.4 fuq l-iskala Richter, ma nħarġet ebda twissija dwar possibiltà ta’ tsunami. 
L-awtoritajiet Ġappuniżi avżaw madankollu liċ-ċittadini biex joqgħodu attenti għal iktar theżżiżiet fil-ġimgħat li ġejjin.