Tarbija salvata f’Kemmuna

Tarbija kienet salvata f'Kemmuna wara li sabet ruħha f'diffikultà fil-baħar.
L-inċident seħħ ftit qabel it-3pm fi Blue Lagoon fejn it-tarbija ta' 19-il xahar intlemħet wiċċha 'l isfel fl-ilma.
Life guards tal-Emergency Response Rescue Corps issejħu fuq il-post biex jagħtuha l-għajnuna sakemm xi nies tellgħu lit-tarbija mill-ilma.
It-tarbija ttieħdet Għawdex b'dgħajsa fejn ittieħdet immedjatament l-Isptar Ġenerali t'Għawdex.
Hu mifhum li t-tarbija tinsab f'qagħda stabbli.
Ritratt: ERRC