Tarbija l-isptar wara ħabta bejn żewġ karozzi f’Birkirkara

Tarbija ta’ tliet xhur iddaħħlet l-Isptar wara li kienet f’karozza involuta f’inċident f’Birkirkara.
L-inċident seħħ tard ilbieraħ filgħaxija, fi Triq Dun Karm.
Jidher li għal xi raġuni vettura misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena minn Birkirkara stess ħabat ma’ vettura misjuqa minn żagħżugħ ieħor li kellu 27 sena.
Passiġġiera maż-żagħżugħ ta’ 27 sena kien hemm tfajla ta’ 26 sena u tarbija ta’ tliet xhur.
Fuq il-post issejħu il-Pulizija, membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, u anke tim mediku mill-Isptar Mater Dei.