​Tarbija l-isptar wara allegat swat minn missierha

Missier ta’ 26 sena min-Nadur tressaq quddiem il-Qorti ta’ Għawdex akkużat li wettaq vjolenza fuq it-tarbija tiegħu li għandha tliet xhur.  
Newsbook.com.mt huwa infurmat li aktar kmieni din il-ġimgħa, it-tarbija ddaħħlet l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, b’emoraġija interna u tbenġil, wara li allegatament issawtet mill-ġenituri tagħha.  
Aktar tard it-tarbija ġiet trasferita permezz ta’ ħelikopter lejn l-Isptar Mater Dei.
Ir-raġel ċaħad l-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta' €1,000 u garanzija personali ta' €5,000.
It-tarbija tinsab taħt protezzjoni, u l-akkużat ingħata ordni biex ma jmurx qrib it-tarbija u li se jkun jgħix mal-ġenituri tiegħu.