Tarbija fost l-infettati bil-coronavirus fl-Awstralja

Id-dipartiment tas-saħħa fin-nofsinhar tal-Awstralja ikkonferma li tarbija għandha l-Coronavirus. Omm it-tarbija kienet qed tiġi wkoll mogħtija kura għall-istess marda wara li jirriżulta li kellha dan il-virus wara li kienet marret l-Iran.

L-Iran ikkonferma li 92 persuna mietu kawża tal-Coronavirus. L-ammont ta’ vitmi l-Italja tela’ għal 107. Ilbieraħ il-Gvern Taljan ħabbar miżuri ġodda, li jinkludu l-egħluq tal-iskejjel u l-universitajiet biex jikkontrolla it-tixrid tal-marda.

Iżrael sadanittant, ħabbar li qed iwaqqaf it-titjiriet minn għadd ta’ pajjiżi bi prekawzjoni. Fost dawn il-pajjiżi hemm Spanja, Franza u l-Ġermanja.