Tarbija ddaħlet l-isptar bi ġrieħi serji f’rasha u tbenġil ma’ ġisimha

It-tarbija ta’ tliet xhur li spiċċat l-isptar wara li missierha heżżha għax kien qed itiha aċċessjoni, kellha l-iskutella ta’ rasha miksura.
It-tobba li eżaminaw t-tarbija u li dehru quddiem il-Maġistat Neville Camilleri qal li l-ksur f’rasha u d-demm li nxtered fuq ġewwa kienu li wasslu għall-puplesija.
Intqal ukoll li t-tarbija kellha għadd ta’ tbenġil fuq żaqqha u moħħha. Kellha ukoll id-demm wara għajnejha b’kawża tat-theżżiża li qalet.
It-tobba taw ix-xhieda tagħhom fil-konfront tal-missier Għawdxi ta’ 26 min-Nadur li qed ikun akkużat li kkawża ġrieħi gravi lit-tifla tiegħu.
L-akkużat qal li mhux ħati tal-akkużi kontrih u saħaq li hu jħobb u jieħu ħsieb lil bintu.