Tarbija damet 25 minuta biex ħadet l-ewwel nifs

Tarbija tat-twelid ġeneralment tieħu l-ewwel nifs f’temp ta’ 10 sekondi wara li toħroġ mill-ġuf.
Fi sptar fil-Kanada omm esperjenzat xenarju differenti hekk kif it-tarbija tagħha ma ċċaqalqitx għal 25 minuta sħaħ.
Robin Cyr, li għandha 38 sena rrakkuntat kif zijitha qaltilha li t-tarbija mietet.  Madanakollu hekk kif l-impjegati tal-isptar ħarġu lit-tarbija bla ħajja mil-kamra tat-twelid, din bdiet tieħu n-nifs.
Qalet kif żewġ infermiera marru ħdejha biex jgħidulha li t-tarbija hija ħajja.
Cyr sostniet li l-kelma ‘miraklu’ biss tista’ tiddeskrivi din l-esperjenza.