Tarbija bi ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja

Tarbija ta’ sena qed issofri minn ġrieħi gravi wara ħabta bejn karozza u tal-linja privata.
L-inċident seħħ dalgħodu fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa Ħaż-Żabbar.
It-tarbija kienet fil-karozza ma’ żagħżugħ ta’ 20 sena minn Birżebbuġa. Għal xi raġuni dan ħabat ma’ karozza tal-linja li kienet wieqfa.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.