Ritratti: Tgħid mgħobbi żżejjed?

Dalgħodu kien għaddej trakk bi pjanċi tal-Gvern li jidher li kien qed mgħobbi jġorr xi skart fuqhu.

Persuna li bagħtet dawn ir-ritratti lil Newsbook.com.mt staqsiet jekk din il-prassi hix l-aħjar waħda għas-saħħa u għas-sigurtà hekk kif l-iskart mhuwiex miżmum fil-magħluq.

Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Clean Malta jidher li trakkijiet bħal dawn mhux l-ewwel darba li jintużaw.

Il-ħmieġ iġib il-mard.. Żomm nadif #CleanMalta

Posted by Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division on Wednesday, September 19, 2018

Posted by Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division on Friday, June 29, 2018

Inti kif taħsibha? Huwa mod prattiku għall-ħaddiema biex jgħaġġlu aktar jew ikun aħjar jekk l-iskart ikun ġo kontenitur għal t’apposta?

Għandek xi ritratti jew stejjer li tixtieq tibgħatilna? Ibgħat fuq info@newsbook.com.mt