Tara lil omm ħabibtha tbati bil-kanċer u tikteb kanzunetta

L-aħwa Bettina u Philippa Cassar, magħrufin bħala The New Victorians, għadhom kemm ħarġu kanzunetta ġdida, jisimha Me & You, li Philippa kitbitha meta kienet qed toqgħod mal-ħabiba tagħha Maxine Aquilina waqt li omm Maxine kienet qed tiġġieled il-battalja kontra l-kanċer.

Din il-kanzunetta għandha laqta iżjed akustika, li Philippa ddeskrivietha bħala l-kanzunetta perfetta għall-ġranet xitwin bix-xita. Hija qalet li dil-kanzunetta hija dwar kemm inħossuna ma nistgħu nagħmlu xejn meta nies qribna jkunu qegħdin iweġġgħu.

Fl-istess jum li bagħtet il-kanzunetta lil ħabibitha Maxine, Maxine nediet organizzazzjoni biex tgħin lit-tfal għaddejjin minn żminijiet diffiċli fir-Rainbow Ward fl-Isptar Mater Dei.

Fl-2019, The New Victorians għandhom idoqqu f’Londra, fl-Iskozja u f’Malta. Huma qegħdin jaħdmu fuq biċċa teatrali u mużikali għat-teatru li jisimha MARA.